Qrara.

 

Benniena dawn l-erba ħitan

Taħt saqaf li jordom kull ħolma

 

Hemm barra hemm stejjer twal wisq

Kull rokna mimlija tfesfir fil-widnejn.

 

Issa niżfen żifna

Mat-tifkiriet tal-imgħoddi

Orkesta ta’ waqtiet u ċirkostanzi

U valse triste.

 

Kull dell li jgħaddi minni

Jgħidli ġrajja

Kull dawl li jiddi fuqi

Jġiegħlni noħlom ħolma.

 

It-tgħanniq tal-bieraħ

Fil-bir tad-destin

U fil-ħemda u f’dan is-skiet

Tkun tista’ tqerr.

 

Alfred Grech

15/04/2024.

Comments

Popular posts from this blog