Paraliżżat.
Paraliżżat
f’dil-wesgħa bla kofini
Bħal baħri
taqdef waħdek f’baħar sielem;
Ir-raxx
ibewwes wiċċek bl-ilma mielaħ
Ma tismax
aktar l-għanja tas-sireni.
Trid terġa’
tħares lura u tibda tgħoddhom
Il-jiem l’għaddejt
fin-ngħas u l-letarġija,
U taħbi trid
minn sħabek il-qalb sewda
U tagħmel
ta’ bir-ruħek l’għadek miexi.
Inkella
terġa’ tibda tgħanni l-għanja
Mifruxa l-melodija
qalb il-wileġ
Li darba
kont tgħallimt fi Ġnien il-Għeden
Ta’ qlub li
jiggranfaw mal-ajru mbikkem.
Id-dlam
tal-lejl għalik sar sinfonija,
F’dan
l-oċean battal tal-eżistenza,
U issa
wkoll titkellem bdejt mal-kwiekeb
Biex tislet
għad tweġiba għall-mistoqsija.
Alfred
Grech
05/04/2024.
Comments
Post a Comment