Malinkonija.
Bibien il-ġenna tiegħek imbarrati
Xejjirtlli kemm il-darba mit-turretta
Għalxejn għax għadek qatt mhu sejjer nasal,
Spiċċajt
tellief u kelli nerġa’ lura.
Urejtni
t-toroq kollha mnejn stajt ngħaddi,
U l-mogħdijiet
li ħadd ma jgħaddi minnhom,
Fi dlam
il-lejl il-qniepern kollha siktu,
U siktu
wkoll l-iħirsa li widdbuni.
Ir-riħ
ivenven waqt li s-sema ddallam,
Il-qamar
għax migdud kien mar jistaħba,
Il-mewt
bdiet tħares lejja minn ġol-mera
U inti
bqajt ixxejjer mit-turretta.
Alfred
Grech
09/04/2024
Comments
Post a Comment