La Taqta’ Qalbek Qatt.
La taqta’
qalbek qatt u qatt la tieqaf,
Il-mafkar
li għad tħalli jkun jingħaraf
Minn ħafna
mili ’l-bogħod u jaf jingħażel
Il-leħen
ċar minn fost il-ħafna ħsejjes.
Imqar fuq
sema kwiekeb tista’ tiddi,
Tispikka fost
kull kewkba li qed tpetpet
U tkiun
il-kewħba ġdida illi tnebbaħ
U turi
t-triq ’l-min irid isibek.
Ma
jimpurtax jekk leħnek għd jintilef
Fost it-twerżieq,
għajjat, kakafonija,
Għaliex ftit
huma l-ilħna li jingħarfu
U ftit
widnejn li lesti li jisimgħu.
Alfred
Grech
13/04/2024.
Comments
Post a Comment