Hemm Barra*

 

Hemm barra hemm ksieħ

Mhux ta’ jannar

Hemm xfara kiefra

Li ma taqtax

Hemm wiċċ ma jingħarafx

Li jdardar l-istonku.

 

Il-barra mill-fosdqa

Hemm arja ta’ tniġġiż

Hemm ritmi jgħaġġlu wisq

Hemm nies ma tafdahomx.

 

Lilhinn mill-barrikati

Hemm dinja mank tingħaraf

Hemm velenu li jiġri biss

Fil-vini

Hemm ħdura li lanqas biss tifhimha

U hemm attaparsi ġurnalisti

Miżmuma fuq wiċċ l-idejn.

 

Alfred Grech

24/04/2024

 * B'dedika lil Karl Azzopardi

Comments

Popular posts from this blog