Hawn
Nibqa’.
Qalb il-bufuri u r-riħ jonfoħ u qalb l-irwiefen
Imkebbeb qalb il-folla timxi
tgħaġġel
Tfittex il-mogħodijiet
mitlufa
Fi ġlieda mal-għanqbut
Tal-biża’ u tad-dubji.
Jien noqgħod hawn irrid
Nitkaxkar fix-xquq ta’ dal-ħitan
Fejn iż-żmien jieħu n-nifs
U qatt ma jsejjaħ.
Hemm barra l-ġejjieni
Isuq bit-torċa tħeġġeġ.
Qasira s-sensazzjoni
Ta’dan il-waqt sospiż
Biex jiena nibqa’ mdendel
Ma nifs il-ħajja.
Min irid isalpa
Ġo baħar ta’ bla xefaq?
Aħjar ankrat fis-skiet imbennen
Ifesfes f’widnejn il-lejl
Il-ħsibijiet ta’ moħħi.
Jien ma rridx nitlaq
Hawn irrid nibqa’
Alfred Grech
14/04/2024
Comments
Post a Comment