Għax Jiena.
Għax jiena ridt inkun mal-ġgajta mnebbħa,
Li tifrex il-qawsalli kullimkien
Fil-qigħ ta’ baħar fond ukoll ridt nogħodos,
Ma nħalli xejn kif qiegħed jew kif kien.
Għax jiena nogħola ridt fuq ġwienaħ l-għana,
U mmiss il-kwiekeb b’idi ta’ bil-lejl,
U noħlom ħolm li qajla tista’ tfissru,
U s-seher ngħix fi spazji ta’ bla kejl.
Għalhekk m’għandix għalfejn inħares lura,
Twebbilt u hekk għamilt matul is-snin,
Stagħġibt għall-kemm il-darba kif wasalna
S’hawnhekk, u dan għax Alla hu ħanin.
Alfred Grech.
20/04/2024.
Comments
Post a Comment