Dieqa.

 

Il-punt tat-tluq intesa’

l-arkata trijonfali issa ġġarfet

u wara kull wegħeda

jibqa’ biss id-dwal inemnem.

 

Hemm bieb li minnu ngħaddu

U xefaq fejn hemm moħba

Li għadna rridu nikxfu.

 

Ikbar mid-dellijiet

Hemm sfida ta’ sema li jinżamm

Fuq spallejn is-siġar qodma

Biex imbagħad

Ix-xemx tiddendel

Biex tnixxef in-nida ta’ fuq xfar l-għajnejn.

 

Mit-tieqa ta’ kull torri

Jittewweb il-ħolm għajjien.

 

Urini triq mitlufa

Li fiha nsib is-saħħa

Itlaqni fost il-ħalel

Tal-ħsibijiet ta’ moħħi.

 

Alfred Grech

11/04/2024

Comments