Ma Kontx Nistenna.
Ma kont
nistenna ebda kumpliment
Il-ħsejjes
tat-takkuna ma ħallew
Ebda diwi
ġewwa ruħi.
Meta r-riħ għollielek
id-dublett
Jien Ħarist
band’oħra
Imqar jekk
inti ħsibt
Li tnisslu
stalaktiti ġewwa moħħi
U li stajna
nibqgħu għaddejjin
Mal-bqija.
Ma kont
nistenna xejn
Mit-tbissima
ta’ fuq xuftejk
Stajt ħsibt
li jiena stħajt
Ma kull
pass li kont qed nagħmel
Kont qed
infittex ħaġ’oħra
Meta kont
nistenna l-warda tiftaħ
U bqajt
xorta ma fhimtnix.
Alfred
Grech
05/03/2024.
Comments
Post a Comment