189.
U forsi
tibża’ tbexxaq il-purtiera
Tibża’ minn
dak li għandha x’tgħid l-udjenza,
Tiddejjaq ’k
ma jagħtukx l-applaws mistenni
Tiddejjaq xħin
qed tfittex ix-xintilli
Ta’ kwiekeb
illi jaqgħu bla ma tiftaħ
Il-kaxxa ta’
Pandora sabiex tara
Jekk flok
xortik issibx li qiegħed tfittex,
Teżor li
kulħadd għandu iżda bosta
Ma jafux
bih, u jiġru wara l-loqom.
L-għadu mhu
ħadd: hu biss il-ħsieb li jbiegħedek
Minnek stess
biex minflok tiġġieled tibqa’
l-imtieħen
tar-riħ. Ieqaf minn dan il-ġiri,
ġlidiet li
mhux se ssib il-kliem għalihom,
għaliex
xħin tieqaf taħseb is-skiet jinbidel.
Alfred
Grech
02/03/2024.
Comments
Post a Comment