Versi.

 

Jekk ma jiġux weħidhom,

Aħjar ma jiġu xejn,

Il-petali f’wiċċ l-ilma

Tferrixhom dawn għalfejn?

 

Fuq sidri r-raxx tal-baħar

Tax-xemx fuq wiċċi r-raġġ

Min sejjer issa jwaqqaf

Ta’ ħsiebi dar-rambaġġ?

 

Jekk ma tiġix weħidha

Aħjar ma tiġi xejn,

Tkun warda artifiċjali

U ma tkun tifsser xejn.

 

Alfred Grech

05/02/2024

Comments