Sakranazzi.

 

Sakranazzi ta’ kull fil-għodu

Bit-turmnti ta’ dnubiet li jigdmu l-qalb

Din his biss vendetta

Tal-anġlu li jistenbaħ

Ma sbieħ il-jum.

 

Issa li qiegħdin hawn inbatu

U noħolmu

Ma jibqa’ xejn għajr it-tiġrib

Jisfida l-ġenna ta’ allat

Ċari u mingħajr tebgħa.

 

Ejja nixgħelu xema

U ninċensaw id-dellijiet

Li tħalli warajha

Xemx li ma tikfisx.

 

Alfred Grech

06/02/2024

Comments

Popular posts from this blog