Profeta.
Ma mewġ il-baħar tiżfen
u tintilef
Id-dlam tal-lejl tistenna
biex tinħeba
Fl-imbieħ ta’ kelb li
jfittex qed lil-sidu
U ssodd widnejk għall-għanja
tas-sireni.
Tkun rebħa għal ftit żmien
għaliex xi darba
Trid tħares fiss f’għajnejn
il-mostru mperreċ
U tidħaq f’wiċċ min lilek
ried ikasbar
Għannej dejjiem tal-għana
illi jsaħħar.
Fil-fond tal-infinit
tifrixha ħarstek
Metafora ta’saħħa
fid-djufija
Balward għal min irid
jittama f’għada
U twieżen lil kull min qed jaqta’ qalbu.
Mis-skiet ta’ baħar ħieles terġa’
lura
Bħal sħaba biex f’għajnejk
għad terġa’ tixgħel
Dak kollu li tixtieq jew dak
li jonqsok
Fis-skiet hemm dak li qatt
ma kont tistenna.
Hemm leħen illi qatt ma
ħsibt li kellek.
Alfred Grech.
23/02/2024
Comments
Post a Comment