O Gaża, Palestina.

Sunett.

 

Fuq liema artal se noffru s-sagrifiċċju,

X’inhuwa l-prezz li għad irid jitħallas?

Biex tqum min-ngħas tiftakar f’dan il-poplu

Id-dinja li storduta tqassam l-armi.

 

Fuq nett fl-aħbarijiet għax qed titfarrak,

Ifakkru l-olokawst bid-demm t’ wliedek,

O Gaża, Palestina ċ-ċorma sejra

Issir taf bik xħin ma tibqax teżisti.

 

Fejn huma l-paladini illi jibku

Il-ħerba, it-tifkrik, il-ġenoċidju,

Kull kelma ssib li tilfet it-tifsira

Il-bombi mbagħad jesplodu f’widnejn torox.

 

Ma jibqa’ xejn, la kliem lanqas tnehida,

Is-skiet tiegħek imbagħad isir tifkira.

 

Alfred Grech

26/02/2024

Comments

Popular posts from this blog