Navalny

 

Inpinġu għad fis-sema kewkba ġdida

Li qatt ma tpetpet, qatt ma tmur tistaħba

Rubina tkun imperċa fuq it-torri

Ta’ Kremlin ieħor għelm ta’ leħen ħieles.

 

Impinġu fuq it-tila xena ġdida

Ta’misraħ mħux ilsir ta’ dittatura

Ta’poplu sħiħ li jifhem lilu nnifsu

Ta’ wesgħat kbar mingħajr tal-gwerra s-saħta.

 

Impinġu fuq il-ħajt id-dell li ħalla

Il-bieraħ u dak kollu li ġab miegħu,

Impinġu fuq il-ġilda bla kuluri

Tatwaġġ li lilna jifred minn ħaddieħor.

 

Alfred Grech

18/02/2024.

Comments

Popular posts from this blog