Min Fejn Ġejja?

 

Xejn ma tagħllimna. Lanqas se nitgħalmu.

Għax dari  konna naħsbu illi l-biża

Tal-ħerba u tat-terrur iżommu s-saqaf

Milli jaqa’. Iżda xejn minn dan kollu.

Blugħat il-bniedem hi bla tarf. Fuq kollox

Kif ser tiddritta z-zokk li tela’ mgħawweġ?

Aħna nistgħu nistaqsu biss min seta’

Żergħa fil-ġuf tal-mara iħ-ħerriegħa

Li twelled mostri kbar li ħadd ma jrażżan,

Inkella minn fejn ġejja  li tistenna

Li wara kollox hemm infern u ġenna?

 

Alfred Grech

13/02/2024.

Comments

Popular posts from this blog