Lil Fanal ta’ Ġurdan.
Int ħarsetek tifrixha u ddur
dawra mejt,
Mal-baħar li jiżfen u
jżeffen il-qlugħ
U jbewwes ma sidrek il-fidda
tar-raxx
Taħt qamar jittawwal u jibqa’
miblugħ.
Int tieqaf ’l-irwiefen,
tisfida l-maltemp
Għassies ta’ kull tama u
xaqq ta’ ħelsien,
Madwarek il-ħmura xħin
tinżel ix-xemx
U ħarstek tifrixha u ddur
kullimkien.
Trid tgħanni u timla’
bil-ħsejjes tal-mewġ
U twiegħed il-vista fid-dlam
u fiċ-ċpar,
Sonata tittajjar fuq baħar
bla truf
Int fjamma li tixgħel
bil-lejl u binhar.
Titkellem mal-kwiekeb
tal-vjaġġ juru t-triq
Tas-saħħa metafora fost
qtigħ il-qalb
Titkellem fuq ħrejjef li
jqawwu l-baħrin
Fil-ħemda ta’ lejla megħdija
fit-talb.
Jien bħalek sibt ruħi
fil-ħemda u fis-skiet
Infittex fix-xefaq sunjal ta’
kuraġġ
U bħalek u miegħek
il-kwiekeb bdejt ngħodd
Li magħhom iltqajna matul
dan il-vjaġġ.
Alfred Grech
10/02/2024
Comments
Post a Comment