Kundanna Fl-Art Ta’ Gaża.
Min qal li
hemm it-tama?
Min qal li
hemm il-ħniena?
Kif tibni
dak li ġġarraf
Bil-barka
tal-ħajjiena.
Min sejjer
jibqa’ fl-għama
U jaħseb
fil-ġejjieni,
Jekk tgħix
minn jum għall-ieħor
U l-jum
jurik minn kmieni.
Fil-krib
tal-assedjati
Fuq art li
titlob lura
Fil-ħolm li
qatt ma jasal
F’ta’ nżul
ix-xemx il-ħmura.
Din art li
dejjem taqla’
Mitt wegħeda
u mitt indiema,
Fil-ħolm li
qatt ma jasal
Bid-dnewwa
jew bil-ħniena.
Bi mħabba
din l-isfida
Kif tista’
tirrispondi,
Minkejja l-qalb
u l-ħrara
Dil-ġrajja
b’għeruq fondi.
Kundanna
fl-art ta’ Gaża
Fl-istrixxa
ta’ mitt ġrajja,
Bid-dmugħ
bl-irmiet tal-bieraħ
Fil-ġrieħi
u l-hemm tal-ġajja.
Alfred
Grech
20/02/2024
Comments
Post a Comment