Issa.
Issa li ħriġna ’l-bebbuxu
mill-qoxra
Id-dudu minn ġol-fosdqa,
Xħin waqgħu il-maskri
U l-mostru ma sabx fejn
jistaħba,
Ma kien baqa’ xejn
Ħlief regħba u kilba
U għatx għal poter.
Dan huwa l-legat
Ta’ġens li jistaħba
Wara l-għelt ta’ ħaddieħor.
Il-ħalfa tat-tpattija
Ta’ għajn għal għajn u sinna
għal sinna
Ta’ imperi jibilgħu r-ruħ u l-qalb
ta’ġnus
u popli li xortihom hi fid-duħħan
tal-irmied u tat-tifrik.
Issa x’baqa?
Issa baqa’ l-bniedem għeri
l-annimal qerried f’xeneġġjat
li ġa rajnieħ
il-vavu li qatt ma kiber
id-dixxiplu li qatt ma
tgħallem.
Alfred Grech
25/02/2024.
Comments
Post a Comment