Int Poeta.

 

Fuq sema mimli kwiekeb tista’ tiddi

U ssir il-kewkba ġdida illi tqawwi

Il qlub ta’ dawk li qed ifittxu s-sewwa

Fost baħar ta’ tpetpit int tkun pjaneta

Li tħabbar sbieħ il-jum u l-lejl li qorob.

Ma jimpurtax jekk leħnek lanqas jasal,

Jintilef fost l-għajjat u l-ġenn tal-folla,

Twerżieq stunat għal min din hija għana

Għax ftit dawk huma l-ilħna li jingħarfu

U ftit dawk il-widnejn li għad jisimgħu

Dak l-għana solitarju li jingħaraf

Minn ħafna ’l-bogħod minn min ikun qed jgħarrex.

 

Alfred Grech

19/02/2024.

Comments

Popular posts from this blog