Imqar Jekk il-Ġwenħajn Tqasqasli.

 

Imqar jekk tkeċċi il-ħsieb u tkeċċi l-leħma,

Jien xorta nibqa’ ngħanni l-għanja tiegħi,

Dik l-għanja illi togħla fuq il-ġwienaħ

Tal-poeżija.

 

Imqar jekk il-ġwenħajn tqasqasli  tiġi

Biex ma nkunx nista’ nilħaq l-ogħla sema,

Issib li d-dmugħ f’għajnejja sar il-leħen

Tan-nostalġija.

 

Jekk tistaqsini għaliex tlaqt u bqajt sejjer

Issib li f’ruħi lanqas baqa’ jidwi

Kulħadd kien trux u ħadd ma sema’ leħen

Ruħ imbikkija.

 

Jekk tistaqsini mnejn hi ġejja d-dieqa

U tħares fiss f’għajnejja bla  mistħija

Issib li l-lejl mudlam li għandi f’sidri

Sar melodija.

 

Jekk għad tarani nibki u ngħid: Din Blugħa!

Inħaddan ix-xewqat ta’ jum imqareb.

Il-leħen ġewwa fija issa siket

Mingħajr twissija.

 

Alfred Grech.

20/02/2024.

Comments

Popular posts from this blog