Gaża
Is-sema qadim fl-istrixxa
ta’ Gaża
Fejn siġar taż-żebbuġ
fis-skiet qed jibku
U fejn ta’ qsim il-qalb
isseħħ il-ġrajja
T’erwieħ bla ħtija, ħrief
tas-sgrifiċċu
L’ilkoll sfaw bejn il-morsa
tal-qattiela.
Hemm, fit-toroq dojoq
iffullati
Fejn ferħ l-ulied kien
jisboq l-arja mniġġsa
Id-diwi mdellel f’qalb kull
min jiddispra,
Il-grotta tal-profeti saret
midfen.
Dawk l-ommijiet li jibku lil
uliedhom
Li jafu li qatt aktar mhu se
jħaddnu
Jistħu l-xortihom, jistħu
’l-min wellidhom
U d-dagħwa tagħhom qatt ma
tista’ tasal
Qatt ma saret il-ġrajja
tal-fejjieda.
Missirijiet li jikkuntemplaw
il-ħerba
Fil-qtigħ il-qalb imnebbaħ
mill-ġejjieni
Fejn għajn żagħżugħa darba
setgħet tilma’
Fid-dellijiet ta’ ġlieda
issa mbexqa,
Fid-djar li fihom raqdu
l-ħolm jiġġarraf.
Wegħdiet li ma seħħewx
bħat-tama jogħsfru
Jindifnu taħt il-ħerba ma
kull daqqa,
’Ma r-ruħ qalbiena qatt mhu
ser iċċedi,
Kull qatra dmugħ li ssaqqi
l-art imbaskta
Żerriegħa tal-ħelsien issir,
tisfida.
Għax tal-ħajjiet, maħsuda
qabel żmienhom
Il-mafkar ġdid ikun id-demm
bla ħtija
Li jfesfes f’widnejn torox
versi ġodda
Jistaqsi lill kulħadd:
għaliex inqatlu;
Fuq liema artal tad-debħa;
għal-liema alla?
Alfred Grech.
24/02/2024.
Comments
Post a Comment