F’Din L-Oasi.

 

F’dan l-oasi li ridt noħloq

Ma nafx għandix ngħanni

Dak l-għana li jsaħħar lis-sriep

U jqiegħel fuq ilsieni

Il-benna tal-għasel is-sagħtar

Inkella għandix intambar fuq it-tnabar

Ħerqana li jħeġġu għat taqbida.

 

F’din l-oasi li ridt noħloq

Ma nafx għandix intertaq u nfesdaq

l-aħħar biċċiet ta’ dak li jiġi waħdu

fil-baħar taż-żmien

li fih mingħajr ma rrid ikolli negħreq.

 

Alfred Grech

08/02/2023.

 

Comments

Popular posts from this blog