Ħassejtni Sew.

 

Ħassejtni sew fuq din il-ferrovija

Matul il-vjaġġ misjuq flimkien mal-bqija,

Għax mal-kurrent ninġarr u fejn isuqni.

Tas-seħ u tal-fejqan jeħtieġ li nsibha

It-triq, u tkun il-waħda illi nagħżel.

Illum li ser tispiċa dil-kruċiera

Mal-ħafna oħrajn ħenjin għax qatt ma tbiegħdu

Nintasab waħdi hawn fuq din il-pruwa

F’eżami tal-kuxjenza jew nistaqsi

Lir-riħ li qed ivenven u jilqagħni,

Kienetx din it-tkaxkira hekk mistħoqqa,

Il-ħsejjes illi tagħmel kull tfaqqieħa,

Jew jekk kienetx mixja oħra solitarja

Għalxejn fis-sotterran ta’ mħuħ battala.

 

Alfred Grech

27/02/2024

Comments

Popular posts from this blog