187.

X’ikun il-waqt li minnu ridna ngħaddu,

Trapass mingħajr taħbit u daqq ta’ trombi?

Kull mewġa li fil-wiċċ sabitna ngħumu

Żammitna aljenati għal kull ħabta

Ma skoll jew blat li qatt ma stajna nirkbu,

Inkella li wasslitna fuq ix-xtajta

Fejn stajna niġbru lura lilna nfisna

Mill-fdalijiet u bċejjeċ tan-nawfraġju.

Fit-tul saquna l-ħalel u l-irwiefen,

Il-qawwa tad-destin u x-xorti kiefra,

U fhimna skond kull wieħed l-għażla tiegħu

Inħożżu wkoll kull waqt li għadda minna

Fiċ=ċpar u fl-umdita’ ta’ għodwa ġdida

Biex jiftakruna dawk li jiġu wrajna.

 

Alfred Grech

15/02/2024

 

Comments