186.

 

Inżul ix-xemx ġie fuqna bla ma nafu,

Imqar xħin bdejna nimxu lejn ix-xefaq,

Imbagħad tlifnieħ ukoll ix-xrar tal-għabex,

Għaliex suritna bdiet tinħall fid-dwejjaq.

U xħin id-dlam tal-lejl imkebbeb magħna

Uriena liema kewkba ssuq xortina,

Staqsejt fejn stajt kont in jew ma min qiegħda,

Xħin wiegħedtek qalbi jien kont mimli dieqa.

U erġajt staqsejt jekk tafx sa fejn se twassal

Dit-tirq, li qbadna bħal tapit imrambal

U int sirt statwa li ftit, ftit titbiegħed

U tgħib f’inżul ix-xemx ta’ sema ieħor.

U hekk il-ktieb ta’ din il-ġrajja ’ngħalaq

Mingħajr ma kien hemm ħadd li ntebaħ bina.

 

Alfred Grech

01/02/2024

Comments

Popular posts from this blog