Titjira.
Għax aħna
qed intiru
’l-fuq
mill-bjut u n-nies
Sa nilħqu
s-sħab b’idejna
Nistrieħu fuq
xi sies.
U nafu li
qasira
Titjira bla
ġwenħajn
Ta’
ewforija u glorja
U nerġgħu
bħall-oħrajn.
Għax l-aqwa
li niftakru
Talinqas għal
waqtiet
Fl-eternita’
li writna
Missejna mas-smewwiet.
Alfred
Grech
04/12/2023.
Comments
Post a Comment