Tas-Seħer Dik il-Mewġa.
Tas-seħer dik il-mewġa
L‘għollietna mas-smewwiet
Ir-riħ li beda jvenven,
Ħlewwiet u tqanqiliet.
Tas-seħer din il-ġrajja
Li għexna t-tnejn flimkien,
Imm’issa kollox għosfor
U donnu xejn ma kien.
U issa fuq dix-xtajta
Fuq dan l-iskoll mudlam,
Bqajt waħdi hawn nistenna,
Li jiġi t-tmien li dam.
Alfred Grech.
03/12/2023.
Comments
Post a Comment