185.
Imqar jekk
kont ħaruf tas-sagrifiċċju
Li refa’ fuq spallejħ it-toqol kollu
Kien hemm
xi waqt li stajt minn dil-bixkilla
Noħroġ u
nsib ħelsien mid-dwejjaq
Ta’ min sar
gladjatur mhux b’għażla tiegħu.
Dan waqt
kien, ta’ dulur u ta’ stmerrija
Xħin smajt
treddin li ġej mill-kamra l-oħra
U ’ntbaħna li
m’aħniex fuq l-istess mewġa.
Int issa
qiegħda tħossok kif qed tħossok
U jiena ma
fhimt xejn jew fhimt ħaġ’oħra.
Int sirt ġo
ġenbi xewka li tniggiżni
U jien
minflok ma ħrabt qagħadt hawn nissallab,
U waqa’ f’daqqa
waħda skiet bejnietna
Għaliex intbaħna
t-tnejn bl-iżball l-għamilna.
Alfred
Grech
02/12/2023.
Comments
Post a Comment