Tajr Tal-karti.

 

Bħal tajra tal-karti

Li ttir kontra r-riħ

Miġbuda minn ħajta

Ta’ tfajjel ferħan.

 

Hekk hi l-poeżija

Trid timraħ u ddur

Fi spazji miftuħa

Bla xkiel b’kull kulur.

 

Ittir iżda tibqa’

Ankrata mal-art

U l-petali tifrex

Tal-ward illi ġbart.

 

Allfred Grech

26/11/2023

Comments

Popular posts from this blog