L-Għada.

 

L-għada ma jiġri xejn

Imqar is-siġar bdew inewwħu

U s-sema kien għajjien

U kollox għal li kien.

 

 

It-tnabar waqfu jtambru

U issa waqa’ s-siket.

 

Dak tal-bieraħ kien biss daħna

Jew buffura tal-grigal

Illum bużżieqa sgunfjata.

 

Għada terġa’ tibda

Dak kollu għal xhiex kien?

Inċens u ċpar u rwejjaħ

Tweġiba minn imkien

 

L-għada rġajna lura

B’idejna fuq moqdief.

 

Alfred Grech

27/11/2023

Comments

Popular posts from this blog