Iċ-Ċinju.
Tiżżerżaq fuq iż-żlieġa ta’
wiċċi l-ilma
Bi stil u tondjatiri
mmakulati
Mhijiex biss tajra, iżda wkoll l-għamara
Li ġġorr ġo ġufha dak li
l-allat libsu
Lilhinn minn fejn iwassal
kull konfini.
Zeus liebes ir-rix u l-isfel
aktar jogħodos
Biex spiċċa fuq xtut Leda
mhux imħarsa
Biex kebbes ħolqien ġdid
mingħajr ix-xrara.
Ġwenħajha miftuħin bħal dawk
tal-lira.
Hu mar iħażżeż triqtha
f’sema għeri
Cygnus fiddien għawwiem fi xmajjar qodma
Jiddi fuq rasna biex b’hekk
niftakru nibqgħu
Li minn ġol qiegħ trid tibda
kull titjira.
Tmattar għonqha bħal kienet
mistoqsija
Tfittex fil-wiċċ u tobrox
ħġieġ il-mera,
bejn dak li fil-fond jgħereq,
li ’l-fuq jitla’.
Dan hu l-ħassieb li jilbes
mantar abjad
u jsir dak li trid int, u li
trid tara.
Il-grazzja ma tkun xejn, tkun
biss il-gidba
Biex b’hekk il- Kaos jgħaddi
u jerġa’ jibla’
Waqt wieħed biss ta’ ħemda
fuq wiċċ l-ilma
Li jmiss hu stess bid-dell
li jibqa’ miexi -
Tkaxkira ineżorabbli
tal-kurrenti.
X’jispiċċa fir-rifless
bajdan iaċ-ċinju?
Jispiċċa dak il-mit li s-sabiħ jibqa’.
Inkella l-verita’ li trid trid tinkiser
Biex jidher dak Ii hemm fil-baħħ
li jibla’.
Għax aħna niskantaw xħin hi titmattar
U ruħha terġa, tgħereq fis-silenzju,
Ma jibqa’ xejn, imwejjeġ li jitbiegħdu
U l-ħsieb li jifli biss l-abbiss ta’ dejjem.
Alfred Grech.
19/02/2026.
Comments
Post a Comment