Nixfet.

 

Nixfet dik-għajn li jien kont nixrob minnha,

Inkella ma nafx kif ġiet inkwinata,

Bil-ħafna ħsibijiet iduru u jagħqdu

Ġo moħħi bħaż-żunżan u bagħal tan-naħal.

 

L-għajn illi darba waħda ssaqqi kienet

l-oqsama li jħaddru f’art mingħajr konfini

issa nixfet, u nixfu wkoll il-pjanti

mal-ward ifuħ li fiha kien iwarrad.

 

Bħaċ-ċpar u nida f’għodwa bir-riħ isfel

Itappnu l-lenti mnejn irrid nittawwal,

U la tkun tista’ tara ċar u ħieles

U lanqas ftit mistrieħ ma tista’ tisraq.

 

Nixef ukoll il-baħar b’tant riżorsi,

U miegħu nixef l-għana tal-poeta.

 

Alfred Grech

26/11/2025

Comments

Popular posts from this blog