Tħallinix.

 

Tħallinix mimla l-ġnien tal-ferħ minn tiegħek

Bil-weraq tal-ħarifa illi nefaħ

Il-majjistral u ferrex mal-burdati.

Jiena nħobbok mhux għax inti l-mudella

 

Ta’ kull tatwaġġ li għandi taħt il-ġilda,

Inħobbok għax int muża ta’ kull għanja

U kull tħarbix li joħroġ minn idejja.

Kapulavur għall-min jiskopri l-ħajja.

 

Inti l-induratura ta’ skiet ħieles

Fi kwadru mmakulat  li qatt  ma ddendel.

Inżul ix-xemx ipinġi l-passi tiegħek

Xħin ruħi nkiss inkiss minn ġismi toħroġ.

 

Il-ħmura ta’ ħaddejk issir il-ġenna

U nkun konvint li qiegħed ngħix għal dejjem.

 

Alfred Grech

01/08/2025

Comments

Popular posts from this blog