Ir-riħ Qed Jonfoħ.
Imqar jekk
jonfoħ ir-riħ,
Il-melodija
tqarmeċ
U s-snien
jaqgħu bir-resħa
Tal-ħsieb
li dejjem joqrob
Taż-żmien
ma twaqqfu b’xejn
Tat-tmiem
li qatt ma jasal
U ssib
tifsira fid-distanza
Fin-nefħa
tal-bużżieqa li tinfaqa’.
Imqar jekk
ħin bla waqt
l-ilwien ta’
xi qawsalla
inebbħu
poeżija
ir-riħ qed
jonfoħ
iż-żmoen
għaddej
u jiena
nibqa’ ngħanni.
Alfred
Grech
02/04/2024
Comments
Post a Comment