Lanqas Jien Ma Kont Infittex.
Lanqas jien
ma kont infittex sbieħ il-jum
Jien kont
mitluf fil-labirint ta’ bla dħul u ta’ bla ħruġ
Biex noħroġ
il-kamla ta’ moħħi
Mit-toqob
tagħha.
Ix-xema
lanqas semgħetu t-talb tiegħi
Biex jieqaf
il-ħmar il-lejl.
Il-ħsieb
bħal baħrija
Jekk ma
taqbdux jista’ jkunlek
Ta’
malawgurju.
Lanqas
is-seħer ta’ għodwa xitwija
Ma jqandlu
dak li xtaq li tkun taf fuqi
Inkella minn
xhiex jien għaddej.
Jekk
twaqqaf il-ħsieb
Twaqqaf il-ġiri.
Jien lanqas
kont infittex lili nnifsi
Kont qed
nittajjar ġo sema
Li ma jinbidilx
Fuq baħar
li ma joffendix.
Alfred
Grech
06/07/2024.
Comments
Post a Comment