Ir-Riħ Ma Kellux Għalfejn Jonfoħ.
Ir-riħ ma
kellux għalfejn jonfoħ
U l-baħar
iwieġeb
Il-kaptan
beda jaħsibha
Jekk jaqsamx.
Ir-riħ ma
kellux għalfejn jonfoħ
Sussulti u
tbandil għalxejn
Frott
il-ħsieb li ma jridx joqgħod
Imqar jekk
għal minuta waħda
Ma naħsibx.
Issa xħin
qomt kmeni donnu kkalma
X’kienu
dawk il-ħsejjes amplifikati?
Ir-ruħ
ilsira tad-dudu
Li jibqa’
jgerrem ġol kranju.
Alfred
Grech
04/03/2024
Comments
Post a Comment