Baħar Imqalleb
Baħar
imqalleb li jibdel il-burdati
U jiżfen
dik iż-żifna
Skond l-ajru
li jitla’
U skond il-qamar.
Baħar ta’ħafna
xtut
U ta’ bla
xefaq
Kaxxa mimlija
sorpriżi
F’dejn mara
kurjuża.
Trid tqum
filgħodu kmieni
Biex tqiegħed
il-ħolm fuq l-ixkaffa
U tibda tgħix
il-ħajja
Bħal amorin
fuq l-istaffa.
U tibda’l-ħajja
ta’kuljum
Mad-daqq
tat-tnabar.
Xejn ma
jneħħi d-dwejjaq u swied il-qalb
Għax hawnhekk
trid togħdos
F’ilma
mdardar fejn jgħumu l-klieb il-baħar
Li jirrifletti
l-kwiekeb.
Alfred
Grech
03/03/2024
Comments
Post a Comment