Flimkien Nibdew.

 

Flimkien nibdew inpinġu mostri ġodda

Biex b’hekk ingerrxu ’l min irid li jersaq

Lejna u jrid jitħabbeb sew u jidħol

F’darna.

Flimien nimlew ukoll l-ispazji

Ġodda biex naqtgħu qalb lil kull min irid

Jistaqsi, u jrid jiddeffes fejn lanqas

Ma jesgħu, lil min il-kurżita tegħlbu.

 

Kull mistoqsija ssir impertinenti

Nintembħu wkoll li xejn ma jkun jiswielna

It-talba mill-qalb u l-biki tal-bekkejja.

 

Alfred Grech

01/05/2026.

Comments

Popular posts from this blog