Hu Biss.
Hu biss xħin nibda ngħanni
Li ninsa’ d-diq bla kejl
U ninsa ta’ din l-għodwa
Qed ngħix il-ħmar il-lejl.
Id-dwejjaq huma n-nida
Li jgħatti wiċċ l-irdum
Nisteieden melodija
U tiġi bla ma ddum.
Xħin ma nkunx nista’ naħdem
Xħin moħħi imblukkat
Ma rridx nitħarrek lanqas
U nkun paraliżżat;
l-uġiħ bħal melħ tar-ramla
u ġismi fuq ix-xfar
fejn l-ilħna tas-sireni
itaffu nftit l-imrar.,
Hu biss xħin nibda ngħanni
U nogħola ’l-fuq mis-sħab
Tissaffa tibda l-mira
U ninsa li kont trab;
Li niswa’ għal xi ħaġa
Ma jmejjel qatt iż-żmien
Lir-ruħ li trid tisfida
Minkejja dak li kien.
Ma tifdi l-ebda mappa
Kull mil li tkun imxejt
U d-dispjaċir li ninsa
Is-snin u l-ħin li ħlejt.
Alfred Grech
11/03/2026
Comments
Post a Comment