Urini Ftit

 

Urini ftit  għaliex din kienet l-għażla

Għaliex il-ħajja tifdi bit-tbatija

Għaliex il-qtigħ il-qalb, l-uġih u d-dwejjaq

Bil-biża’ illi għada jiżdied aktar.

Il-ħbit iżid, bla tmiem il-maltempata,

Is-susa li qed tgerrem biex ittemmni

U d-dieqa ssir bħan-nida ta’ filgħodu;

Jekk trid li nemmen fik u l-qawwa tiegħek

Urini ftit l-għaliex, x’inhi t-tifsira;

Li tiswa’ għal xi ħaġa dit-tbatija.

Jew xejn ma jiswa? Diwi mingħajr ħsejjes.

Jekk hemm tassew il-ħaqq, jekk hemmx xi ħniena.

Uruni ftit l-għaliex das-sagrifiċċju,

Dal-kalċi tal-imrar u dal-kalvarju,

Uruni issa, għax issa nħoss il-weġgħa

Għax t’issa jgħodd u mhux il-wegħda t’għada

Mimlija lwien ta’ ġenna mmaġinarja.

 

Alfred Grech

28-02-2026.

Comments

Popular posts from this blog