Kien Baqa’ Wisq x’Jingħad.

 

Kien baqa’ wisq x’jingħad qabel ma nitlaq,

Tlissin minn taħt l-ilsien maqbud fl-ispazju,

It-trufijiet ta’ dak li kelli nagħmel

U l-għoqod maħlulin li qatt ma nqaflu.

 

Jien stajt ukoll stennejt fil-bieb ta’ barra

Biex noqgħod nirrakkonta l-ġrajja tiegħi

Sensiela ta’wegħediet li qatt ma nżammu

Tapezzerija mċarrta f’lejl ta’ ħemda.

 

Il-grazzja f’dak il-waqt tifrex idejha,

L-għoqdiet imbagħad jinħallu xħin isejjaħ

Destin ugwali f’tarf ta’ mixja waħda

U t-tifkiriet imbagħad id-dinja tagħkom.

 

Alfred Grech

03/02/2026

Comments

Popular posts from this blog