Erġajt Twelidt
Mill-Ġdid.
Erġajt twelidt mill-ġdid f’din l-era mħawwda,
Sibt ruħi hawn bla naf safejn se nasal
La naf min jien u lanqas min hu sidi
Tallab li jrid isib in-niċċa tiegħu.
Sibt ruħi hawn mingħajr ma naf min bagħtni
Nistaqsi mistoqsija wara l-oħra,
Nistagħġeb kull xħin nara ’l-ta’ madwari
Mhedija jgħaddu ż-żmien sabiex iderru.
Erġajt twelidt mill-ġdid, ħsibt li sirt għaref
’Mma ntbaħt dak li tagħllimt kien kollu fieragħ,
Kif kien ukoll il ħin illi qattajna
Flimkien jien u int, anġli tal-ferħ u l-hena.
Alfred Grech
17/02/2026
Comments
Post a Comment