Titlaqx u Tmur.
Titlaqx u tmur u hawn
tħallni waħdi
Nissielt mal-ġiganti u mat-titani,
Tħallix li għad d-dwejjaq ta’
waqt wieħed
Kull ħin sabiħ inissi ta’
bejnietna.
Jien qed nofffrilek qtar li
jsir djamanti,
Ta’ xita fejn ix-xita qatt
ma tinżel,
Kristall ta’ dmugħ jiżżerżaq
fuq il-weraq,
Jew qtar tad-deheb, inkella
raxx tad-dija.
Għax waħdi ma nafx ngħix u
żgur nintilef,
Ma nafx fejn ser immur, jew
x’se jsir minni,
Bil-ħsieb li wara t-tmien
xejn mhu se jibqa,
Imdawwar bid-deżert tal-inkoxxjenza.
Ta’nżul ix-xemx il-ħmura
issa għebet
Xħin is-siparju jinżel xejn
ma jibqa’.
Alfred Grech.
07/12/2025
Comments
Post a Comment