Ta’ Kuljum.
U ta’
kuljum inqum imqanqal
Minn xi
ħaġa li tkun għedtli
U nħossni
rrid intir
U nogħola ‘’l-fuq
Minn dal-ħmieġ
u l-iskwalluit
Tal-ħajja
ta’ kuljum
Minn dak
kollu li jagħmilna lsira
Minn dak li
drajna
Dak li
tagħllimna nagħmlu
U dak li
sar dover
Fit-taqbida
biex inkunu bħal ħaddieħor.
Jien irrid
inqum fil-għodu
Inħoss ir-riħ
tat-taqlibiet jinfidli sidri
U nara
s-sabiħ f’kull ħaġa li rrid nagħmel
Alfred
Grech
11/12/2025
Comments
Post a Comment