Int Monghalik

 

Int mingħalik se żżomm il-fjamma tixgħel,

Tħarisha mill-irjieħ u mill-buffuri,

Filwaqt li ma tibqax sikwit titmagħha

Jew tinsa’, li tistaqsi x’kien sar minnhom

Dawk ir-rakkonti filgħaxija taħt l-kwiekeb.

Jekk lili qed turini karti foloz

Inkella tigħab logħoba bl-ass fil-komma.

Ma tista’ qatt tgħabbini jew tankrani

Bil-madmd ta’ destin evanexxenti.

Kull meta ċ-ċellulari tisma’ jdoqqlok

Tirrispondihx bħalkieku tisma’ qiegħda

Leħen l-anġli.Tinsiex li l-bogħod mill-eqreb

Kantuniera hemm sies li għad xi darba

Irridu nsfidaw la ma niżolqu.

 

Nintelqu mal-kurrenti għax hekk jaqblilna,

Għax hekk ukoll qed jagħmel min hu komdu,

Minn xejn ma jimpurtaħ minn ta’ madwaru,

Jew nerġgħu lura nduru ftit madwarna,

Naraw jekk dan għandux xi ftit mis-sewwa?

 

Alfrd Grech

14/12/2025.

Comments

Popular posts from this blog