Għaliex Domt Ma Stenbaħt.
Għaliex
domt ma stenbaħt
L-irqad
aljenazzjoni
Inissik il-ġiri
li bih tkun għaddej
l-isturdament
minn dak li ma tridx taf
għax tixtieq
li bilġri tgħaddi din is-siegħa.
Is-siegħa
ddum daqskemm iġġebbidha
U s-siegħa
tgħaddi kull waqt li tgħix
Min jifhmek
meta tgħix dan il-waqt?
Min jifhmek
meta tgħix tassew?
Alfred
Grech
24/12/2025
Comments
Post a Comment