Dik Kienet Xi Ħaġ’Oħra
Dik kienet xi ħaġ’oħra
Mhux l-irbit li kont qed
tfittex
Biex tikkunsagraħ bit-timbru
U jibqa’ jgħodd għall-dejjem
Bil-barka tas-siġillu.
Dik kienet xi ħaġ’oħra
Xintilla ta’ waqt wieħed
Sinjal ma jitħassarx
Fil-wisa’ taż-żmien.
Xħin tħares lura tkun
tistħajjel
Jekk dak il-waqt kellux ikun
Jew kienx xi żball ma
jiħassarx
Inkella kienx dettal li ma tfissrux
La bil-kliem u lanqas bil-pittura
AlfredGrech
26/12/2015
Comments
Post a Comment