Insa’ Li Darba Konna.
Insa’ li darba aħna konna nterrqu
Il-mogħdijiet ġo wileġ bla konfini.
Tislima tkun,
fit-tarf ta’ jum li għadda
Bħan-nida
illi jaqa’ u jisparixxi
Fil-ksieħ
tal-art għajjiena tal-ħarifa
Li ħaddret
u li nebbtet f’kull rebbiegħa
F’ajru
seren u fost buffuri goffi.
Destin ma
jaf lil ħadd, destin bla mira
Destin assurd
inessi lilu nnifsu.
Immorru biex
ninsew il-minutieri
T’arloġġ
miġnun iduru bla ma jieqfu
Ċirku vizzjus,
bla tmiem u mingħajr bidu.
Immorru mingħajr
sliem u mingħajr ħsejjes,
Biex ma
nqajmux lil dawk li qed joħolmu
Fin-ngħas
ta’ ħmar il-lejl filwaqt li jgħixu.
Alfred Grech
02-11-2025
Comments
Post a Comment