Lil Anna.*

 

Tista’ tibda tistagħġeb bil-mewt

Issa li ċ-ċens għalaqlek

U mhemm ebda tama

Li l-iħirsa jitħaxknu fix-xquq

Jew li d-dellijiet ikarkru fit-toroq.

Taħsibx li se tifdi jum ieħor

Issa li l-bieb miftuħ

U tista’ tara lilhinn mix-xifer,

Int l-aqwa li tistenbaħ.

Tibżax, jista’ jkun  mal-qabża fid-dlam

Titwieled kewkba ġdida

Is-sogħoba tagħna sejra tkun

Li ma tistax tgħidilna

Ma min iltqajt matul il-vjaġġ.

 

Alfred Grech

02/09/2025.

 

*Ruħ li għada kemm alliet dal-wied tad-dmugħ. Kondoljanzi lil familja kollha.

 

Comments

Popular posts from this blog